Filmat: Ara x’se jiġri fl-episodju li jmiss ta’ L-Għarusa

X'ser jiġri fit-tlettax-il episodju li jmiss ta' L-Għarusa?

X'ser jiġri fit-tlettax-il episodju li jmiss ta' L-Għarusa?

Posted by L-Għarusa on Thursday, January 16, 2020

Is-sensiela l-Għarusa, li issa qegħda fit-tieni staġun, tkompli tqanqal ħafna interess, u apparti l-filmat ta’ x’se jiġri l-ġimgħa d-dieħla, niżvelaw ukoll dak li għandkom tistennew li taraw.

Fl-episodju ta’ nhar it-Tlieta se naraw lil missier Karm iqum u ma jsib lil ibnu imkien ġod-dar. Jibda jgħajjatlu imma ħadd ma jirispondih. Dan għaliex Karm ikun barra ma’ Flaminia, għaliex kienet wegħditu li tieħdu magħha jixtri.

Is-supretendent Fenech Lauri joħrog ifittex lil ibnu Karm barra mid-dar u jibda jistaqsi lin-nies jekk rawx lil Karm.

Għal Liż u Alan jaslal il-jum li tant ilhom jistennew, il-ġurnata fejn jiskopru jekk kienx hemm xi kitba fuq il-libsa tat-tieġ ta’ Bettina.

Flaminia u Karm jaslu d-dar fl-aħħar u missier Karm jibda jgħajjat magħhom għax ma misshomx qabdu u ħargu mingħajr ma qalulu.

L-Għarusa, fuq kitba ta’ Audrey Brincat Dalli u produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media, jixxandar fuq TVM nhar it-Tlieta 21 ta’ Jannar fid-8.50pm.