Filmat: Ara x’se jiġri fit-tieni puntata ta’ F’Ġieħ L-Imħabba

Reazzjoni pożittiva minn dawk kollha li llejla segwew l-ewwel puntata tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba b’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, u produzzjoni ta’ Rewind.

X’nistennew li naraw fit-tieni puntata ta’ din is-sensiela li tixxandar nhar ta’ Tnejn fuq TVM?

Bernardo u Totó jitkellmu dwar dak li kien ġara… x’opinjoni għandhom? Għaliex mhux konvinti li Karmelina kienet involuta f’xi ħaġa illegali? Concetta tmur imbikkma għand Ġużeppe… x’qalilha? X’qaltlu Concetta dwar meta marret tiltaqa’ ma’ Gaetano? X’għamel bihom il-kaxxi tal-inbid Bernardo? Min kien hemm qed josservahom? X’mar jagħmel għand Ġużeppe? X’intqal wara l-funeral? Fejn mar Ġużeppe… x’sab meta daħal id-dar tagħha? Bernardo mar għand Lonza… x’ġara waqt li kien qed jiekol? Fejn mar?

Ħafna kurżitajiet u ħafna intriċċi, u xi kurżitajiet tistgħu tiskopruhom permezz tal-paġna uffiċjali fuq facebook ta’ F’Ġieħ L-Imħabba