Filmat: Ara x’qed tgħidlek Francesca

Anke Francesca xtaqet twassal l-awguri tagħha fuq Facebook. Francesca saret popolari fl-aħħar xhur hekk kif bdiet timmudella u rebħet ukoll xi kompetizzjonijiet.

Posted by Francesca's Journey on Route T21 on Wednesday, January 1, 2020


Minkejja li għadha ta’ età żgħira u wkoll għandha d-Down Syndrome, Francesca hi tifla mimlija ħajja u lejliet l-ewwel tas-sena wkoll rajniha f’mument qasir ukoll tippreżenta waqt diskussjoni li kienet għaddejja waqt il-programm TVAM fuq l-istazzjon nazzjonali.

It-tifla għamlet isem mhux biss f’Malta iżda wkoll fir-Renju Unit permezz tal-ġurnal metro.co.uk li ftit ġimgħat ilu ppubblika l-istorja tagħha. L-istorja tagħha ħalliet impatt kbir, tant li fis-siti soċjali tiegħu, il-metro.co.uk irrapporta li l-istorja ta’ Francesca kienet it-tielet l-aktar moqrija fis-sena li għadha kif intemmet.

Nirreċiprokaw l-awgurju lil Francesca Rausi. M’għandnix dubju li matul din is-sena se nisimgħu aktar bd’in iċ-ċkejkna li tant tnissel ispirazzjoni lil kull wieħed u waħda minna.