Filmat: Ara x’jiġri meta persuna tinstab pożittiva għall-COVID-19

Miguela Xuereb

L-Awtoritajiet tas-Saħħa ppubblikaw filmat li juri l-proċess intensiv tal-contact tracing wara li persuna tkun irriżultat pożittiva għal COVID-19.

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ppubblika dan il-filmat fuq il-profil tiegħu fuq Twitter, fejn apparti li jispjega l-proċess delikat tal-contact tracing, jappella biex kull min jinstab pożittiv għall-Coronavirus jikkopera mal-awtoritajiet biex ikun jista’ jsir contact tracing dettaljat biex ikun evitat li l-virus ikompli jixtered fis-soċjetà.