Filmat: Ara x’inhi l-missjoni ta’ Christina Gatt

Christina Gatt, bħal ħafna Maltin oħra tħobb tivvjaġġa u żżur pajjiżi oħra. Iżda dan tagħmlu b’għan differenti. Christina darba f’sena tqatta’ xahar fuq btala ddur ma gwida lokali filwaqt li jżuru lokalitajiet li huma fil-bżonn.

Hija qalet li waqt il-btajjel li kellha s’issa fil-Marokk, f’ Madagascar u t-Tanżanija ifformat konnessjoni li għamlet il-btala tagħha aktar interessanti u sinifikanti. Xi ħaġa interessanti dwar Christina hi li tibża mill-ajruplani iżda xorta waħda ma taqtax qalbha u tagħmel l-għalmu tagħha biex tegħleb din il-biża biex tgħin lil min hu fil-bżonn.

Jekk tixtieq taqra aktar żur hawn.