Filmat: Ara x’għamlu meta qalulhom li għal Malta

Id-49 immigrant li għandhom jiddaħħlu Malta fil-ħin li ġej li qegħdin abbord 2 bastimenti fil-Baħar Mediterran li b’kollox ilhom 19-il ġurnata jittamaw li xi ħadd jaċċetta li jdaħħalhom, jidhru jgħajtu u jifirħu mal-aħbar li fadlilhom biss sagħtejn ta’ tbatija.

Dan wara li dalgħodu, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat sejjaħ konferenza stampa fejn ħabbar li d-49 immigrant abbord Sea-Watch 3 u Sea-Eye se jiddaħħlu Malta, biex imbagħad jitqassmu bejn 8 pajjiżi Ewropej.

Filmat: Wara 19-il jum bejn sema u ilma “se jidħlu Malta”

Il-voluntiera tal-għaqda non-governattiva Sea-Watch jinstemgħu jistaqsu lill-immigranti jekk jixtiqux imorru l-Ewropa, u għas-sorpriża u l-istagħġib tagħhom, jgħidulhom li se jkunu l-Ewropa fi żmien sagħtejn.