Filmat: Ara x’għamlet din il-koppja Maltija matul 109 jiem fl-Asja

Tiziana Zammit u Ben Darmanin ippubblikaw filmat dwar iż-żjara tagħhom ta’ 109 ijiem fl-Asja fl-2019. Permezz ta’ post fuq Facebook, Darmanin spjega li permezz ta’ dan il-vjaġġ, huma daru total ta’ disa’ pajjiżi b’esperjenza lil hinn mill-aspettattivi tagħhom.

Lura fl-2018, Newsbook.com.mt kien intervista lill-koppja żagħżugħa Maltija dwar il-vjaġġ tagħhom u x’kellhom jagħmlu qabel ma jitilqu minn Malta. Huma kienu waqfu mix-xogħol tagħhom bħala għalliema, sabiex jagħmlu erba’ xhur iduru pajjiżi differenti fil-kontinent Asjatiku. Huma kienu rrakkuntaw kif għamlu kważi sentejn ifaddlu sabiex ikunu jistgħu iwettqu din l-avventura li kienet ilha ħolma tagħhom għal bosta snin.

Tiziana rrakkuntat kif bdew billi qatgħu l-biljett minn Malta għat-Tajlandja u dak tagħhom data li kienet tfisser li riedu jġemmgħu biżżejjed flus biex jgħixu għal dawk ix-xhur barra. Spjegat li ppjanaw il-vjaġġ biċċa biċċa, ftit kull ġimgħa.

Vjaġġ tat-tip bħalissa huwa impossibbli li jsir, prattikament dan hekk kif ħadd ma jista’ jidħol u joħroġ minn Malta permezz tal-baħar u l-ajru minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Tista’ tara bosta ritratti mill-avventura ta’ Tiziana u Ben fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom.