Filmat: Ara x’għamel Obama

L-eks President Amerikan Barack Obama ta sorpriża ħelwa fiż-żmien il-vaganzi tal-Milied, lill-pazjenti fi sptar f’Washington. Libes barnuża tal-Milied u bi xkora wara dahru, l-eks President mar iqassam ir-rigal tal-Milied lit-tfal li jinsab fl-isptar.

Huwa laqa’ lill-pazjenti b’ “ħo ħo ħo” u stqarr magħhom lir-renni tiegħu weħlu fil-borra, iżda xorta ried iżurhom.

L-isptar fuq Twitter qalet li ż-żjara ta’ Obama poġġiet tbissima fuq fomm kulħadd. L-isptar inkludiet ukoll filmat qasir taż-żjara fejn jidhru Obama flimkien mal-pazjenti u l-ħaddiema tal-isptar ikantaw ‘We wish you a Merry Christmas’. Jidhru wkoll mumenti fejn l-eks President daħal ħdejn it-tfal iqassam ir-rigali, b’tifla tidher li werżqet malli lemħet lill-eks President. Obama jidher jgħannaq lit-tifla.

Obama faħħar ix-xogħol tal-ħaddiema tal-isptar u saħaq li l-infermiera, t-tobba u l-ħaddiema u nies kollha li qegħdin jieħdu dawn it-tfal, jkunu hemm għalihom, jisimgħuhom u jżommulhom idejhom, u spjega kif dawn wara kollox huwa l-ispirtu tal-Milied.

Fl-2014, Obama kien żar din l-Isptar.