​Filmat: Ara x’għamlu 4 żgħażagħ Maltin f’park f’Amsterdam

Erba’ żgħażagħ Maltin, li huma parti mill-kor EnKor jinsabu f’Amsterdam fl-Olanda biex jattendu l-kunċert ta’ Sam Smith.
Kull meta jsiefru, ħinhom iqattgħuh ikantaw b’mod spontanju, ikunu fejn ikunu.
Nicole Borg, Brian Dimech, Sarah Salafia u Siobhan Vassallo qabdu jkantaw il-kanzunetta Too good at goodbyes ta’ Sam Smith waqt li kienu f’Vondelpark.
L-aħħar li siefru flimkien, kantaw ħames kanzunetti f’ħamest ijiem f’Ruma.