Filmat: Ara tagħrfux jisraq minn Santa Venera

Raġel inqabad minn kamra tas-sigurtà jkisser tieqa u jisraq minn vann li kien ipparkjat.
L-inċident seħħ it-Tlieta fi Triq Fleur de Lys f’Santa Venera għal ħabta tat-2.45pm.
Ma’ Newsbook.com.mt sid il-vann qal li r-raġel kisser it-tieqa biex seraq mowbajl li kien hemm fil-vettura.
Kull min ikollu xi informazzjoni jista’ jikkuntatja l-Għassa tal-Ħamrun.
Ritratt: Arkivji