Filmat: Ara min se jieħu sehem f’Amici Celebrities

Fl-istaġun televiżiv ġdid Canale 5 se jkun qed jagħti bidu għal Amici Celebrities, dak li sa ftit taż-żmien ilu kien qed jiġi reklamat bħala Amici VIP. Dan il-programm mhux se jkollu x’jaqsam mal-verżjoni ta’ Amici li mdorrijin naraw iżda se tkun verżjoni fejn se jieħdu sehem personalitajiet li fl-Italja huma pjuttosta magħrufa. 

S’issa d-data li qed tissemma’ għal dan il-programm hija dik tat-Tlieta 24 ta’ Settembru, għalkemm mhux eskluża li tinbidel, dejjem skond f’esiġenzi tal-istazzjon.

L-ewwel programm qed jingħad li se tippreżentah Maria De Filippi li se tkun qed tgħaddi t-tmexxija għall-kumplament tas-sensiela lil Michelle Hunziker.

Il-Mediaset ħarġu tlett reklami differenti s’issa biex jiżvelaw il-personalitajiet li se jkunu qed jipparteċipaw f’din l-ewwel edizzjoni, u importanti li ngħidu li dawn iridu juru l-ħiliet tagħhom f’oqsma li mhux is-soltu jkunu daqstant komdi fihom.

Il-personalitajiet li qed jissemmew huma Joe Bastianich, Filippo Bisciglia, Pamela Camassa, Martin Castrogiovanni, Raniero Monaco di Lapio, Emanuele Filiberto di Savoia, Cristina Donadio, Ciro Ferrara, Francesca Manzini, Laura Torrisi, u Massimiliano Varrese.

Tgħid dan il-programm se jirnexxielu jikseb l-istess suċċess ta’ Amici li ilu għaddej 18-il sena?

AQRA: Kurt Anthony tassew qiegħed f’Amici?

Intant, id-data meta d-19-il edizzjoni ta’ Amici se tibda, s’issa qed tiġi msemmija dik tad-19 ta’ Novembru.