Filmat: Ara min għalaq 40 illum!

Kurt castillo

Kurt Castillo simpatiku bħal dejjem. L-attur illum qed jiċċelebra għeluq l-40 sena tiegħu. Filfatt twieled bħal-lum l-20 ta’ Novembru tal-1980.

Magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni tiegħu ta’ Jason fis-sensiela Simpatiċi, Castillo rajnieh fi produzzjonijiet oħra fosthom fil-karattru ta’ Marjanu fis-sensiela Il-Madonna taċ-Ċoqqa, il-verżjoni maħduma minn Hermann Bonaci Productions.

Rachel Micallef, Hermann Bonaci, Frida Cauchi u Kurt Castillo f’Simpatiċi

Kurt huwa t-tieni minn erba’ wlied ta’ Anthony u Carmen. Ħutu huma Alistair, Adriana u Christian.

L-ewwel esperjenza tiegħu fuq il-palk kienet permezz tal-pantomima Snowwajt filwaqt li fuq it-televiżjoni deher fi produzzjonijiet oħra fosthom anke Delitti Maltin.

Għandi karattru ċajtier kif jindika wkoll il-filmat li huwa tella’ fuq il-paġna tal-profil tiegħu biex jiċċelebra għeluq sninu.

They say “life begins at 40!” So here I am pressing START! Thank you for your lovely wishes xxx

Posted by Kurt Castillo on Friday, November 20, 2020

Awguri Kurt!