Filmat: Ara liema maskra għandek tuża

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) ppubblikat filmat li juri liema maskra wieħed għandu juża.

L-Għaqda spjegat li l-maskra medika għandha tintuza minn persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, minn persuni li għandhom is-sintomi tal-COVID-19 u minn persuni li jaħdmu ma’ persuni li għandhom probbabilità li huma infettati bil-virus.

F’postijiet fejn wieħed ma jistax iżomm distanza ta’ metru, persuni li għandhom jilbsu l-maskra medika huma: persuni ta’ ‘l fuq minn 60 sena u persuni li għandhom kundizzjonijiet mediċi.

Il-maskra magħmula mid-drapp għandha tintlibes minn persuni li m’għandhomx sintomi tal-corovavirus, f’postijiet fejn il-virus huwa mifrux u f’postijiet pubbliċi fejn id-distanza ta’ metru ma tistax tinżamm. Dawn jinkludu persuni bħal ħaddiema soċjali, kaxxiera u persuni li jservu.

Tajjeb li l-maskri magħmulin mid-drapp jintlibsu f’postijiet fejn hemm ammont ta’ nies fi spazju żgħir bħal tal-linja, ferroviji, vannijiet, fl-uffiċċji, fil-ħwienet u f’attivitajiet tal-massa.

Fil-ġimgħat li għaddew il-WHO rrikomandat li l-maskri li jintlibsu jkunu tad-drapp, u mhux dawk mediċi.