Filmat: Ara l-preparamenti fuq il-Fosos għall-kunċert ta’ Joseph Calleja

Hekk kif għada t-tenur Joseph Calleja se jtella’ l-kunċert tiegħu flimkien mal-kantawtur Taljan Andrea Bocelli fuq il-fosos tal-Furjana għaddejja attività ġmielha biex ilestu l-aħħar preparamenti.
Fost il-preparamenti ta’ armar Calleja kellu wkoll il-prova fuq il-Fosos.
Il-kunċert t’għada se jkun qed jiċċelebra l-20 sena minn meta Calleja beda jiddebutta fl-opera.
Fil-kunċert se jieħdu sehem il-Malta Philharmonic Orchestra u l-BOV Joseph Calleja Children’s Choir taħt id-direzzjoni ta’ Gillian Zammit.
Fil-jiem li għaddew Andrea Bocelli ħassar żewġ kunċerti minħabba li kellu l-bronkite. Madankollu l-organizzaturi tal-kunċert qalu ma’ Newsbook.com.mt li sa issa Bocelli se jkanta fil-kunċert t’għada.
Ritratt palk: Anton Attard u Nigel Camilleri