Filmat: Ara l-mument li fih waqa’ l-pont ta’ Ġenova

Filmat ippubblikat mill-Guardia di Finanza ta’ Ġenova juri l-mument li fih waqa’ l-pont ta’ Genova.

Il-Gvern Taljan fetaħ investigazzjoni għall-ikbar operatur ta’ toroq użati bi ħlas fl-Italja sigħat wara li qal li il-kumpanija tista’ taffaċċja multi ħorox jew titlef il-permess biex tibni dawn it-toroq. Dan wara li nhar it-Tlieta li għadda waqa’ pont f’Ġenova fl-Italja u mietu tal-anqas 38 vittma.