Filmat: Ara l-10 fjamingi fir-Riserva tal-Mellieħa

Fir-Riserva Naturali tal-Għadira, bħalissa hemm numru rekord ta’ 10 fjamingi.

Ir-riserva hija mmexxija minn BirdLife Malta u din hija l-ewwel darba fl-istorja li numru daqstant kbir ta’ Fjamingi niżlu f’daqqa f’waħda mir-riservi tal-organizazzjoni.

Ir-riserva hija magħluqa għall-btajjel tas-Sajf, iżda se tkun miftuħa għada bejn it-8:00am u l-11:00am għall-pubbliku biex iżurha u jara l-fjamingi.

Wieħed mill-fjamingi niżel fir-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex nhar il-Ħadd li għadda u ġie meħud għand veterinarju tal-Gvern. Wara li tingħatalu l-kura meħtieġa, mistenni li jittieħed fir-Riserva Naturali tal-Mellieħa flimkien mal-bqija tal-fjamingi.