Filmat: Ara kif tista’ takkwista fjuwil irħas mill-1 ta’ Mejju

Read in English.

Il-UĦM Voice of the Workers ħabbret offerta li se toffri lill-membri tagħha minn Jum il-Ħaddiem ‘il quddiem bi skont fuq il-prezz tal-fjuwil.

F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella qal li kull min hu reġistrat bħala membru tal-UĦM se jibbenefika minn skont ta’ 2.5% fuq il-prezz tal-fjuwils kollha mill-1 ta’ Mejju li ġej, bħala rigal lill-ħaddiema.

Dan jista’ jsir mill-pompi tal-petrol ta’ Cassar Fuels Ltd, li jinsabu f’Ħal Lija, Santa Venera u ż-Żejtun. Vella qal li dan qed isir bħala ringrazzjament lill-membri għal-lealtà tagħhom lejn il-UĦM.