Filmat: Ara kif jippreparaw mat-800 ikla kuljum għal dawk fil-bżonn

The Alfred Mizzi Foundation qed tmexxi inizzjattiva li permezz tagħha mat-800 persuna kuljum qed ikollhom ikla bnina x’jieklu.

Iċ-Chairperson ta’ The Alfred Mizzi Foundation, Julian Sammut, tkellem ma’ Newsbook.com.mt dwar ix-xogħol siewi li qed jagħmlu. Il-proġett sar possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ Alf. Mizzi & Sons Limited, Vecchia Napoli, u Caritas Malta.

Il-ħaddiema fil-kċina jibdew jaħdmu minn kmieni filgħodu biex jippreparaw l-ikel. Il-menù huwa wieħed varjat – kannelloni bl-ispinaċi, cottage pie, u ħut huma fost il-platti li jirċievu dawk fil-bżonn. Jaħsbu wkoll f’min ikollu xi allerġija jew jiekol ikel Halal.

L-ikel ikun provdut mill-Fondazzjoni, it-tisjir huwa f’idejn Vecchia Napoli, u fl-aħħar jitqassam mit-tim ta’ Caritas Malta.

Il-proġett beda fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu u għadu għaddej sal-lum. Riżorsi biex ikomplu għandhom però jilqgħu kull għajnuna li jixtiequ jipprovdu n-nies.

Hemm għadd ta’ bdiewa li jipprovdu ħaxix frisk u l-Fondazzjoni San Pietru tagħti madwar mitt kilo ħut frisk fix-xahar.

Filmat: Miguela Xuereb