Filmat: Ara kif jiġu kkawżati l-inċidenti

Ta' kuljum sfortunatament dejjem qed nisimgħu b'aktar inċidenti.
L-iktar wieħed riċenti kien dak tal-bieraħ filgħaxija fejn seħħ impatt bejn żewġ karozzi fejn il-junction ta' Paceville.
Il-fatt li prattikament kuljum sirna nisimgħu b'diversi inċidenti fit-toroq Maltin għandu jservi biex niftħu ftit għajnejna u nirriflettu fuq x'qed jiġri fit-toroq.
Fuq il-midja soċjali qed jiċċirkola filmat li ttieħed jumejn ilu fl-istess post preċiż fejn seħħ l-inċident tal-bieraħ.
Fil-filmat tidher vettura misjuqa minn mara li baqgħet ħierġa allavolja d-dawl tat-traffiku kien aħmar u li allegatament kienet qed tuża l-mowbajl waqt li kienet qed issuq.
Il-filmat juri ċar li għal naqra ġie evitat inċident li seta' kellu konsegwenzi serji.
L-awtoritajiet qed jappellaw biex is-sewwieqa jsuqu b'aktar galbu u biex il-liġijiet tat-triq jiġu rispettati.
Ftit tax-xhur ilu Newsbook.com.mt ħareġ fit-toroq u f'temp ta' sagħtejn qabad lil dawn is-sewwieqa bil-mowbajl f'idhom, fil-ħin li suppost ikunu fuq l-isteering.
Filmat: Ġaħan Onlajn