Filmat: Ara Karl meta ma jkunx qed ikanta f’X Factor

Karl Schembri huwa wieħed mis-sorpriżi f’din it-tieni edizzjoni tal-kompetizzjoni tal-X Factor. Il-vuċi tiegħu hija pjuttost unika u l-prestazzjoni li rajna l-Ħadd li għadda waqt il-programm wasslitu biex jikseb siġġu u jgħaddi għall-fażi li jmiss tal-Judges Houses ta’ X Factor Malta.

Ritratt: Facebook/XFactorMalta

Din mhux l-ewwel darba li Karl impressjona waqt il-kompetizzjoni tal-X Factor u fil-fatt tibqa’ memorabbli r-reazzjoni tal-ġurija meta semgħuh ikanta l-ewwel darba fil-fażi tal-Auditions.

Għalkemm Karl għandu għal qalbu l-kant, kif tafu, hu għandu passjoni oħra f’ħajtu, dik li jilgħab ta’ difensur mal-iskwadra prinċipali tal-Ħamrun Spartans.

Ritratt: Facebook/KarlLukeSchembri

Il-kant ukoll mhux xi ħaġa li skopriha issa. Hu filfatt kien beda jkanta minn età żgħira. Fil-fatt beda jkanta fl-età ta’ 11-il sena. Ħa sehem u rebaħ San Remo Junior u l-Olter Oceano Festival u kien ukoll ġie l-ewwel minn fost 300 kantant fil-festival The Magical World of Coulisses fir-Russja. Dan apparti l-festival bl-isem ta’ Fly Stars.

Dan hu Karl meta kien żgħir:

Ritratt: Facebook/KarlLukeSchembri

Apparti l-kant u l-futbol, Karl qiegħed fit-tielet sena l-università fejn jistudja fis-settur tal-BCom.