Filmat: Aquarius jidħol f’Marsilja

Read in English.

Il-bastiment Aquarius li kien fiċ-ċentru tal-kriżi tal-immigrazzjoni fil-Mediterran fil-ħmistax li għaddew daħal fil-Port ta’ Marsilja. Dan wara li l-awtoritajiet Maltin ma ħallewx lill-ekwipaġġ jidħol f’port Malti biex jaħżnu provisti ġodda u biex jibdel it-tim tal-ekwipaġġ.

L-ekwipaġġ ta’ Aquarius qal li mill-21 ġurnata li ilhom fuq il-baħar setgħu jagħmlu biss tliet ijiem fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ filwaqt li appella li l-ħajjiet umani għandhom jiġu qabel kull kunsiderazzjoni politika.

Aquarius mistenni jqatta’ erbat ijiem fi Franza fejn minn nhar it-Tlieta, l-ekwipaġġ mistenni jkompli bil-ħidma ta’ salvataġġ fil-Mediterran.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-bastiment Aquarius kien iddaħħal fil-port ta’ Valencia b’629 immigrant abbord.