Dylan Agius huwa r-rebbieħ tas-16-il edizzjoni tar-reality show Liquorish li ġie fi tmiemu proprju llejla fuq l-istazzjon One. Il-programm li ilu għaddej minn April bħas-soltu kellu preżentazzjoni ta’ Andrea Cassar. Illejla Andrea kienet akkumpanjata minn Joseph Cauchi li kien mal-parteċipanti fl-avventura tagħhom fl-Indoneżja.
Għal din l-edizzjoni daħlu aktar minn 72,000 vot permezz tal-app tal-programm.
Fl-ewwel kummenti tiegħu Dylan jidher emozzjonat u qal li jinsab bla kliem hekk kif ma stenniex li kien se jkun hemm dan ir-rispons enormi mill-pubbliku, waqt li saħaq li hu dejjem qal li lkoll kemm huma kienu rebbieħa f’din il-kompetizzjoni għax kienu tim maqgħud.
L-ewwel kummenti tiegħu li ttieħdu eżatt wara l-programm tistgħu tarawhom proprju fil-filmat fuq nett ta’ din il-paġna.
Ir-rebbieħa ta’ Liquorish matul is-snin kienu dawn:
- Tajlandja: Michael Valenzia
- Brażil: Danica Bonello Spiteri
- Indja: Arnaol Sciberras
- Afrika: Dennis Said
- Malasja: Mario Muscat
- Madagascar: Anthony Formosa Randon
- Marokk: Fredrick Grech
- Gwatemala: Dennis Tabone
- Vjetnam: Anthea Saliba
- Sri Lanka: Paulette Gafà
- Filippini: Gozwe Spiteri
- Perù: Marco Barbara
- Bangladesh: Zdenjik Tabone
- Tanzanija: Il-Boċċ u l-Booster
- Indoneżja: Dylan Vella
Liquorish 2021
Għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla ta’ Liquorish diġà ġie kkonfermat l-ewwel parteċipant: Nathanael. Huwa ġab 60% tal-voti tal-pubbliku, filwaqt li l-kontestanta l-oħra, Bobbie, kisbet 40% tal-voti.
It-tieni parteċipanta konfermata għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla hija Ann-Marie.
Bdew ukoll il-preparamenti għal Liquorish tas-sena d-dieħla. L-auditions se jkunu qed isiru proprju nhar il-Ġimgħa u s-Sibt 10 u 11 ta’ Lulju. Hawn għandek id-dettalji dwar x’għandek tagħmel.
Jekk int tħobb l-avventura, bla dubju m’għandekx għalfejn toqgħod taħsibha!