Filmat: Appell biex il-ftehim tal-Università Amerikana jiġi ppubblikat

Il-Front Ħarsien ODZ qed jappella għall-pubblikazzjoni immedjata tal-ftehim għall-iżvilupp ta’ Università Amerikana fiż-żona taż-Żonqor f’Wied il-Għajn.
Dan il-ftehim ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija mill-Ġordan Sadeen.
Fi stqarrija l-Front enfasizza li l-pubblikazzjoni tal-ftehim huwa meħtieġ għaliex kull Malti jitħoqlu li jkun jaf għalxiex ikkommetta ruħu l-Gvern.
Il-Front Ħarsien ODZ jappoġġja wkoll is-sejħa għal dibattitu immedjat fil-Kumitat tal-Parlament għall-Ambjent u l-Iżvilupp.
Intqal li d-dokumenti u r-rapporti tal-proġett għandhom jitpoġġew fuq il-mejda u jiġu ppubblikati biex isir skrutinju mill-kumitat.