Filmat: Appell biex dawk pożittivi jgħinu lit-tim tal-Covid-19

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika appellat lil dawk kollha li jinstabu pożittivi għall-coronavirus biex jgħinu lit-tim tal-Covid-19 f’Malta billi jaħsbu fin-nies li setgħu ġew f’kuntatt magħhom.

Fil-konferenza li tat illum waranofinhar, il-Professur Charmaine Gauci spjegat li dawk pożittivi jistgħu jgħinu fil-contact tracing billi jaħsbu f’dawk il-persuni kollha li setgħu ġew f’kuntatt magħhom tul l-aħħar 14-il jum kif ukoll jumejn qabel ma ħarġu s-sintomi.

Hija qalet li dan jgħin ħafna meta t-tim tal-contact tracing jiġi biex jevalwa l-każ għaliex il-persuni f’kuntatt dirett ikunu jinsabu fi kwarantina.

Appellat ukoll li jekk il-persuni li jkunu ħarġu pożittivi jkunu jafu l-persuni li kienu kuntatt magħhom huwa importanti jekk ikellmuhom speċjalment jekk ikunu ħbieb tagħhom.

Qalet ukoll li s-Supretendenza għas-saħħa pubblika għandha wkoll għadd ta’ voluntiera biex ilaħħqu mad-domanda.

Biex inkampaw bqajna għaddejjin bl-istrateġija li kull każ ikun investigat

Il-Professur spjegat li kien hemm għadd ta’ kumpaniji u dipartimenti tal-HR li ħadmu mad-dipartiment tas-saħħa pubblika biex titwaqqaf l-imxija tal-virus.

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Professur Gauci kkonfermat li bħala min nhar it-Tnejn se jiżdiedu tmien tobba oħra biex jinvestigaw il-każi pożittivi.