Filmat: Anzjani jinħarġu minn djarhom; nirien fil-Ħamrun

Vann, karozza u żewġ faċċati tad-djar qabdu fis-satra tal-lejl fi Triq Santu Wistin fil-Ħamrun. Kawża tan-nirien anzjani li għandhom aktar minn 80 sena inħarġu minn djarhom bħala prekawzjoni.

Dan l-inċident, li mhux l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’din it-triq seħħ għall-ħabta tas-2am, skont residenti. L-istess residenti li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt sostnew li ħadu qatgħa kbira.

Ir-residenti spjegaw li kawża tan-nirien li ħakmu lill-vann, karozza oħra pparkjata quddiemu ħadet in-nar ukoll, kif ukoll żewġ faċċati tad-djar fl-akwati. Fuq il-post marru l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Każ simili kien seħħ propju fis-17 ta’ Awwissu, fl-istess triq, fejn residenti li kienu tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li qamu maħsuda bil-kommozzjoni fit-triq u bi splużjoni ta’ windscreen ta’ karozza.

Għadu mhux magħruf jekk is-sidien tal-vann humiex l-istess persuni li sfaw vittma tal-inċident simili ħames ġimgħat ilu.

Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili kkonferma dan l-inċident ma’ Newsbook.com.mt.