Filmat: Anzjana tgħaddi l-ħin tagħmel l-aċċessorji bil-karti

Katy Grech, anzjana Għawdxija, qiegħda tgħaddi l-ħin sakemm qiegħda d-dar fi żmien il-pandemija tagħmel affarijiet bl-idejn, bħal basktijiet.

Hija laqgħet lil Manny Buhagiar f’darha u wrietu l-aġġeġġi li qiegħda toħloq.

Fosthom hemm basktijiet, qoffa, fruttiera, vażun, kaxxa għall-ġojjellerija, u saħansitra fjuri. L-aktar li tuża biex tagħmel dawn l-affarijiet huma karti tal-magazins.

Katy qalet li qiegħda tagħmilhom għas-sodisfazzjon tagħha. Ħadet l-idea minn xi ritratti li rat fuq l-internet. Xi drabi n-nies jistaqsuha biex joħduhom u tagħtihomlhom.

Today I had an invitation from Katy Grech and she had few handmade that she makes and I wanted to see them so here they are very interested

Posted by Manny Buhagiar on Thursday, May 14, 2020

Il-filmat tagħha ntlaqa’ tajjeb ħafna fuq Facebook, għaliex ġabret ‘il fuq minn 500 like. Bosta faħħru t-talent ta’ din l-anzjana.