Filmat: Annimali jinżammu f’sit ta’ kostruzzjoni; salvati

Read in English.

Fuq il-midja soċjali volontiera li ssalva l-annimali tellgħet post li fiha spjegat li fis-26 t’Ottubru, hija rraportat każ ta’ moħqrija tal-annimali. Hija spjegat li minn dakinhar li rraportat sal-bieraħ dawn l-annimali kienu għadhom hemm.

Il-volontiera spjegat li dawn l-annimali kienu qed jinżammu ġo sit ta’ kostruzzjoni u persuna li toqgħod viċin din is-sit qaltilha li kelb minnhom kien qed jiġi msawwat. Hija spjegat li dawn l-annimali ma kellhomx fejn jistkennu mill-maltemp u kienu qed jinżammu biċ-ċinga.

Din il-volontiera għamlet appell lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali biex jieħu azzjoni u dawn l-annimali jiġu salvati mhux jistennew sakemm jinqatlu.

Aktar tard hija tellgħet aġġornament li l-annimali ġew salvati u qed jiġu ċċekkjati mill-veterinarji.