Filmat: Anna Bonanno taqra mill-ġdid l-aħbarijiet

Anna Bonanno Promo

Hekk hu prosit lil Mary Attard Harmswort, Carmen Micallef, Rita Genuis, Doris Gatt, Pauline Attard, Marisa Vella.Anna Bonanno ser tkun qiegħda xxandar l-aħbarijiet skont l-istorja ta' F' Ġieħ L-Imħabba...Min jaf x'ser ikun il-punti ewlenin tal-ġurnata?F' Ġieħ L-Imħabba - Season 2 - September 29, 2020

Posted by F'Ġieħ L-Imħabba on Thursday, September 3, 2020

Fl-iskeda tal-ħarifa se jkun qed jirritorna wiċċ familjari fuq TVM, dak ta’ Anna Bonanno. Kif tistgħu taraw f’dan il-filmat, Anna Bonanno se nkunu qed narawha taqra mill-ġdid l-aħbarijiet.

Madanakollu dan se jkunu waqt episodju mit-tieni staġun tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba li Rewind Productions se jkunu qed iwasslu mit-Tlieta 29 ta’ Settembru fid-8.50pm.

L-istaġun il-ġdid se jkun wieħed mimli intriċċi bl-introduzzjoni ta’ karattri ġodda kif ukoll xeni spettakolari u mimlija azzjoni fosthom ukoll splużjoni ta’ tanker.

Rewind Productions wasslu l-filmat li fih se tkun qed tidher Anna Bonanno fuq il-paġna ta’ Facebook tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba u bi ftit inkejja ħolqu aktar aspettativa hekk kif staqsew “Min jaf x’se ikunu l-punti ewlenin tal-ġurnata?”. Dan ovvjament b’rabta mal-mod kif se tkun qed tiżvolġi l-istorja tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba li għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Intant ir-repetizzjonijiet tal-ewwel staġun ta’ din is-sensiela jkomplu jixxandru nhar ta’ Erbgħa fid-8.50pm fuq TVM, meta jixxandru żewġ puntati wara xulxin.