Filmat: Anke l-lasti tat-tabelli qed jisirqu!

Lasta li tintuża biex titwaħħal it-tabella tan-No Parking quddiem ħanut fi Triq in-Naxxar, Birkirkara nsterqet fid-dawl tax-xemx.
Sidt il-ħanut qalet ma' Newsbook.com.mt li minkejja li għandhom il-permess biex il-parkeġġ ta' quddiemhom ikun riservat, xorta kienu qed jipparkjaw u għalhekk għamlu din it-tabella.
Madanakollu lbieraħ ftit qabel nofsinhar, raġel deher jisraq il-lasta. Biex ikun jista' jipparkja? Jew għax kellu bżonnha?
Filmat fuq info@newsbook.com.mt