Filmat: “Anke jekk fil-Eurovision tivvutaw kontra xulxin, kunu kburin li intom Ewropej” – Obama

Jidher li anke l-president Barak Obama jsegwi il-Eurovision Song Contest.
Dan ħareġ ċar wara li l-President inqeda bil-Eurovision Song Contest biex juri kemm jistma s-suċċessi taċ-ċittadini Ewropej imxerrda madwar id-dinja.
Fid-diskors tiegħu tal-ftuħ tal-Messe trade fair f’ Hannover, il-President Obama saħaq li minkejja l-kompetizzjoni li tinħoloq bejn elementi Ewropej fil-Eurovision, u minkejja li pajjiż jivvota kontra pajjiż ieħor, xorta bħala ċittadini ta’ kontinent, l-Ewropej għandhom ikunu kburin b’dak li huma verament u b’dak li tgħallmu mill-istorja.
Obama indirizza lill-Ewropej u qallhom: “Dak li ksibtu … aktar minn 500 milljun ruħ jitkellmu 24 lingwa fi 28 pajjiż, b’19-il munita u f’Unjoni waħda hija waħda mill-akbar storja ta’ success fl-istorja umana Moderna”.
Preżenti għal dan id-diskors kien hemm il-kanċillier Angela Merkel, il-Prim ministru Ġermaniż u anke l-ministri tal-Parlament Ġermaniż.