Filmat: Amelia tinsab f’salib it-toroq f’L-Għarusa

It-tieni staġun tas-sensiela L-Għarusa jkompli llejla u se naraw lil Emilda tfittex parir mingħand Dun Pawl, issa li Amelia tinsab indeciża dwar il-futur tagħha mal-għarus Agostino.

Bernard ukoll jiftaħ qalbu ma’ ommu dwar dak li qed iħoss għall-għarusa ta’ ħuħ u din toħodha bi kbira ħafna.

Minn naħa l-oħra l-interoggazzjoni mat-tifla li kienet preżenti fit-tieġ ta’ Gauci Fontana tħalli xi frott u Abela jissilet biex juża l-armi kollha li għandu biex jagħlaq dan il-każ.

Ritratt: Reno Rapa

Iżda din l-informazzjoni b’xi mod tasal ukoll għand is-supretendent Fenech Lauri, li għalkemm mgħadux fuq il-każ tal-qtil ta’ Bettina Gauci Fontana, xorta waħda jibqa’ jiġġieled biex jasal għall-verità.

Dan huwa dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

L-Għarusa għandu kitba ta’ Audrey Brincat Dalli, bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media. Jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.