Filmat: Ambulanza teħel fil-kju tal-karozzi fiċ-Ċirkewwa

Ambulanza li qed tipprova tgħaddi spiċċat weħlet fit-traffiku kbir li jidher inġemma fit-triq għall-vapur lejn Għawdex, fiċ-Ċirkewwa. Kif jidher mill-filmat miġbud mill-fotografu u blogger ta’ Newsbook.com.mt Daniel Cilia li kien fiċ-Ċirkewwa. Jidher li iktar tard l-ambulanza li fuqha hemm pazjent irnexxielha tgħaddi u tidħol tistenna l-vapur li jmiss.

Persuna fuq Facebook saħqet li Ta’ Pinu għadu kif ħalla l-port mimli filwaqt li l-ambulanza għadha qed tipprova tgħaddi iżda mingħajr suċċess. Dan iffisser skont dal-persuna li n-nies bil-vetturi privati tagħhom se jkunu Għawdex għal ħabta tas-7pm tal-lejla minħabba s-sitwazzjoni.

Filmat: Daniel Cilia