Filmat: Amadeo Minghi jiddaħħal l-isptar

Il-kantawtur popolari Taljan Amadeo Minghi jinsab rikoverat fi sptar f’Ruma u wara li huwa tella’ xi ritratti fuq il-midja soċjali fejn deher f’sodda kif ukoll maskla fuq wiċċu milli ewwel ġrew ix-xnigħat li huwa laqqat ukoll il-coronavirus.

Iżda f’messaġġ li huwa tella’ fuq il-paġna tiegħu, il-kantant ta’ 72 sena ċaħad li għandu l-coronavirus u qal ukoll li l-maskla li hu qed jilbes hija biex jipproteġi lilu nnifsu minn dan il-virus.

Huwa sostna li jinsab l-isptar minħabba affarijiet oħra mingħajr ma spjega x’wassal biex huwa jiġi rikoverat. Madanakollu qal li ma jistax jifhem kif kien hemm min ippubblika l-aħbar falza li hu kien infettat bil-coronavirus mingħajr biss ma vverifikaw x’kienet tassew il-kundizzjoni tiegħu.

Posted by Amedeo Minghi on Wednesday, April 1, 2020

Permezz tal-messaġġ tiegħu Minghi ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu ħsieb.