Filmat: Aladin bl-offerti għal Black Friday

Qed joqrob iż-żmien biex Aladin, il-Pentow bil-Malti tittella’ fit-teatru tal-Istitut Kattoliku. Hekk kif l-aspettativa għal din il-produzzjoni qegħda dejjem tiżdied, tħabbru wkoll l-offerti f’okkażjoni tal-Black Friday.

Ma’ kull 4 biljetti ta’ Adulti li tixtri tieħu wieħed b’xejn.
Ma’ kull grupp ta’ 12-il biljett Adult li tixtri tieħu 4 biljetti b’xejn.

Għal dawn l-offerti jew għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 99476468 jew 99994987.

20% roħs fuq il-biljetti tal-Adulti fir-rappreżentazzjoni tal-Ħadd 22 ta’ Diċembru fl-10.00am.

Dawn jistgħu jinbiegħu kemm billi ċċempel kif ukoll billi tibbukkja onlajn – il-prezzijiet kif jidhru fil-pjanta huma diġà mraħħsa.

5% roħs fuq biljetti ta’ Adulti u Tfal fuq ir-rappreżentazzjonijiet kollha kemm billi ċċemplu kif ukoll billi tibbukkjaw onlajn.

Tistgħu tidħlu fis-sit www.ktrmalta.com biex tiksbu aktar informazzjoni.

Din l-offerta hija valida mill-Ħamis 28 ta’ Novembru sat-Tnejn 2 ta’ Diċembru.

Din il-produzzjoni se tkun qed tittella’ f’dawn il-ġranet:

Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019 fl-10.00am
Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019 fl-4.00pm
Il-Ħamis 26 ta’ Diċembru 2019 fis-2.30pm
Il-Ħamis 26 ta’ Diċembru 2019 fis-7.30pm
Il-Ġimgha 27 ta’ Diċembru 2019 fis-7.30pm
Is-Sibt 28 ta’ Diċembru 2019 fis-7.00pm
Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 2019 fis-2.00pm
Il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 2019 fis-6.30pm
It-Tnejn 30 ta’ Diċembru 2019 fis-7.30pm
Is-Sibt 4 ta’ Jannar 2020 fis-7.30pm
Il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020 fis-6.30pm