Filmat: Aktar swali flok l-iskola Medika

Read in English.

Filmat li rċieva Newsbook.com.mt juri għadd ta’ studenti joħorġu mil-Iskola Medika ta’ Mater Dei. Dan biex ikun hemm aktar post għas-swali fl-isptar.

Studenti li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li l-istudenti dalgħodu bdew jintalbu joħorġu mit-taqsima tal-bini fejn hemm l-iskola medika.

Il-filmat li rċieva Newsbook juri ħaddiema jippakkjaw il-kotba tal-librerija tal-istudenti f’Mater Dei.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn