Filmat: Aktar minn kwart ta’ miljun swab test tal-coronavirus

Malta għamlet aktar minn kwart ta’ miljun swab test.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar it-testing hub f’Ħal Luqa biex jirringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa.

F’messaġġ live fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-Ministru qal li meta dan in-numru jitqabbel mal-popolazzjoni Maltija, Malta tikklassifika fost l-aqwa ħames pajjiżi fid-dinja f’kemm għamlet swab tests.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi appella lil dawk li jħossu xi sintomi biex iċemplu fuq in-numru 111 sabiex jagħmlu t-test tal-Covid-19. Fakkar lill-pubbliku dwar l-app li nieda l-Gvern biex isir il-contact tracing.