Filmat: Aktar Maltin fuq X Factor Global

Hekk kif qed noqorbu lejn it-tieni live show ta’ X Factor Malta, aktar parteċipanti ta’ dan il-programm qed jispiċċaw biex jingħataw għarfien internazzjonali hekk kif il-wirjiet tagħhom qed jispiċċaw inklużi fuq is-sit soċjali X Factor Global.

Eżempju ċar ta’ dan kien ilbieraħ hekk kif f’temp ta’ satejn rajna żewġ wirjiet imxerrda fuq dan il-mezz soċjali.

L-ewwel wieħed kien dak ta’ Bloodline. Dan il-fatt ifisser li Bloodline kienu l-ewwel grupp Malti f’dan l-istaġun li spiċċa fuq X Factor Global.

DIn hija l-wirja tagħhom:

Satejn wara, X Factor Global tefgħu l-attenzjoni tagħhom fuq artist ieħor Malti f’din il-kompetizzjoni: Dav.Jr

Fuq X Factor Global ittellgħet il-prestazzjoni tiegħu waqt il-Judges Houses, fejn hu kien wassal kanzunetta oriġinali tiegħu.

X Factor Malta jixxandar nhar ta’ Ħadd fuq TVM fid-8.50pm. Għal biljetti tal-live shows idħlu fis-sit showshappening.com

Kompetizzjoni oħra fejn se jitrebbħu aktar biljetti għat-tielet live show ta’ X Factor Malta se tibda min-nahr it-Tnejn permezz tal-paġna Facebook ta’ Newsbook Lifestyle