Filmat: Ajruplan jikkraxxja f’dar f’Kalifornja; 5 mejta

Ajruplan miż-żgħar kraxxja f’dar f’Kalifornja l-Ħadd li għadda. Kawża tal-inċident miet il-pilota u erba’ persuni oħrajn miegħu.

L-ajruplan jidher li għal xi raġun inqasam u ħa n-nar. It-titjira bdiet tesperjenza d-diffikultajiet malli telgħet fl-ajru, madwar 20 mil mill-belt. Il-vittmi għadhom mhux magħrufa. Intant, żewġ persuni oħra qed jiġu trattati l-isptar wara li sofrew xi ħruq.

Skont BBC, residenti ddeskrivew kif semgħu ħoss qisu tisfira kbira qabel ma semgħu splużjoni li wasslu sabiex dar tieħu n-nar għall-ħabta tal-9.45pm. Il-pilota kien l-unika persuna fuq l-ajruplan. Il-bqija kienu residenti fid-dar, żewġ irġiel u żewġ nisa.