Filmat: Aidan bl-akbar proġett tiegħu wara l-Malta Eurovision

Wara disa’ xhur, il-kantant Aidan għamel ir-ritorn tiegħu fix-xena mużikali bis-silta The Feeling fuq kliem u mużika tiegħu stess. Għall-ħames kanzunetta tiegħu, il-kantant nieda wkoll vidjow mużikali.

“Wara l-Malta Eurovision tas-sena l-oħra, dan kien l-akbar proġett tiegħi,” qal Aidan hekk kif spjega kif qed jippjana li jibqa’ jaqsam siltiet mill-mużika tiegħu u jkollu aktar proġetti bħal dan.

Il-vidjow ta’ The Feeling juri l-istorja ta’ żewġ persuni li nibtet l-imħabba bejniethom permezz ta’ raġunijiet ħżiena. Mal-ewwel darba li jiltaqgħu, huma jsiru koppja kriminali. Flimkien jibdew iwettqu diversi attentati ta’ serq, filwaqt li l-imħabba għal xulxin tkompli tikber.

Wara xhur ta’ tfittxija mill-pulizija, il-koppja sfat maqtula fuq il-post fejn ġiet misjuba.

AQRA: Filmat: Aidan Cassar u Ilenia Camilleri bil-kanzunetta Shallow

AQRA: Aidan Cassar illejla jkanta f’Tel Aviv