Filmat: Aħsiblu kmieni jekk sejjer l-Isle of MTV illejla

Read in English.

Jekk illejla sejjer il-kunċert tal-Isle of MTV fuq il-Fosos tal-Furjana aħjar taħsiblu kmieni. Dan hekk kif minħabba l-ispezzjonijiet tas-sigurtà qed jinġema’ kju twil mad-dawra tal-Fosos sal-Istitut Kattoliku. Il-kju mistenni jiżdied hekk kif aktar nies mistennija jaslu fuq il-Fosos għall-kunċert fil-ħin li ġej.

L-avveniment annwali li ilu jsir mill-2007 u ra wħud mill-akbar kantanti u gruppi tal-mużika pop f’Malta se jibqa’ bla ħlas, madanakollu minn din is-sena dawk kollha li jattendu kellhom jordnaw il-biljetti mis-sit tal-Isle of MTV sabiex isir kontroll aħjar tas-sigurtà għal dawk kollha li jerħulha lejn il-Fosos tal-Furjana.

MTV queue at 15:20

Posted by Maltanews on Wednesday, June 27, 2018

Apparti l-artisti internazzjonali llejla Emma Muscat, il-kantanta li serqet il-qlub Maltin u Taljani f’Amici, se tkun waħda mill-kantanti fl-Isle of MTV. Se tkanta wkoll Christabelle Borg li għadha kemm irrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta Taboo fil-Eurovision.

Ritratti: Ian Noel Pace