Filmat: “Aħna lkoll umani u għandna nistmaw lil xulxin sew”

L-Ambaxxatriċi Amerikana għall-Malta, Gina Abercrombie-Winstanley, qalet li kulħadd qed ibati minħabba r-razziżmu u kull membru tal-Gvern għandu jieħu pożizzjoni ċara b’dak li jgħid fil-pubbliku u bix-xogħol li jsir mal-NGOs u individwi.
F’intervista ma’ Newsbook.com.mt, hekk kif din il-ġimgħa ttemm il-ħidma tagħha f’Malta wara tliet snin u nofs, l-Ambaxxatriċi Amerikana spjegat li aħna lkoll nistgħu nagħmlu ħilitna biex inkunu persuni aħjar u niġġieldu r-razziżmu. Fi kliemha stess, “Aħna lkoll persuni umani u għandna nistmaw lil xulxin sew.”
Dwar il-ħidma tagħha f’Malta, spjegat li tħossha kburija bis-sehem li tat fil-volontarjat mal-NGOs għall-protezzjoni tal-ambjent.
Spjegat li fil-ħidma tagħha f’Malta, l-iskop dejjem kien li ttejjeb ir-relazzjonijet bilaterali u qalet li fejn l-azzjonijiet tagħha setgħu kkawżaw tħassib jew diżappunt fost in-nies, dan żgur ma kienx l-iskop tagħha.
Intant, f’messaġġ qasir waqt laqgħa mal-ġurnalisti Maltin, Gina Abercrombie-Winstanley qalet li Malta tinsab f’idejn tajba ta’ nies li qed jaħdmu għall-pajjiż.