Filmat: Aħna differenti, imma nistgħu nagħtu sehemna

Il-President tal-Assoċjazzjoni tad-Downs Syndrome, Joanna Scerri qalet lil Newsbook.com.mt li l-persuni imwielda b’din il-kundizzjoni jistgħu jagħtu sehmhom fis-soċjetà. Fl-okkażżjoni tal-jum dinji tad-Downs Syndrome, Scerri qalet li dawn il-persuni, imwielda bi kromożoma żejda, trendihom differenti imma xorta jistgħu jagħtu sehemhom fis-soċjetà.

Għal din l-okkażjoni diversi membri tad-Downs Syndrome Association żaru l-bini tal-parlament u iltaqgħu ma membri parlamentari. F’atmosfera mill-aktar rilassata u ferħana, il-membri parlamentari ingħataw kalzetti kkuluriti imma differenti. Joanna Scerri spjegat li s-sinjifikat tal-kalzetti differenti huwa biex juri li minkejja li par kalzetti jistgħu ma jaqblux, xorta dawn jaqdu il-funzjoni tagħhom.

Ritratti u filmat: Luke Zerafa