Filmat: Aħbarijiet foloz minn 15-il pajjiż waqt l-elezzjonijiet tal-MEPs – Tajani

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qal li matul l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kien hemm każijiet ta’ aħbarijiet foloz ġejjin minn 15-il pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea. Spjega li ttieħdu l-miżuri neċessarji biex ħadd ma jkun jista’ jinfluenza l-vot taċ-ċittadini Ewropej.

Tajani qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret wara laqgħa ma’ mexxejja oħra mill-UE qabel ma ssir l-ikla informali tal-kapijiet tal-istat jew tal-Gvern. Qal li matul l-elezzjonijiet tal-MEPs kien hemm diversi aħbarijiet foloz (fake news).

Tajani qal li ngħata mandat biex jenfasizza li l-Parlament Ewropew huwa vaur il-proċess tal-ispitzenkandidat. Qal li hija sistema demokratika li tippermetti liċ-ċittadini biex jesprimu l-pożizzjoni tagħhom dwar min għandu jmexxi l-eżekuttiv.

Muscat għal spitzenkandidat? Żgur li le – PPE

Skont Tajani, iż-żieda fil-persentaġġi tan-nies li marru jivvutaw huwa sinjal tajjeb.

X’inhuma l-ispitzenkandidaten?