Filmat: Agħlqu l-istaġun għax hemm l-abbuż – CABS

Filmat juri l-insib illegali matul il-lejl.

Read in English.

Il-Kumitat kontra l-qtil tal-għasafer (CABS) appella lill-Gvern biex jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa tal-Pluvieri minħabba nuqqas ta’ infurzar.

Il-CABS qalet li membri tagħha raw għadd kbir ta’ illegalitajiet f’għadd ta’ żoni f’Malta u f’Għawdex bil-konċentrazzjoni tagħhom issir bil-lejl meta l-Pulizija tal-ALE ma jkunux fuq xogħol.

Il-CABS fi stqarrija qalet li l-abbużi jinkludu l-użu illegali ta’ bird callers, insib illegali bil-lejl, insib aktar mill-kwota kif ukoll il-bejgħ illegali tal-Pluvieri fuq Maltapark.com.

Fil-filmat li ġie ppubblikat mill-għaqda jidhru għadd ta’ nassaba jonsbu fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu.

Fl-istqarrija huma għamlu lista ta’ lokalitajiet li fihom jintensifika l-insib illegali fosthom fis-Siġġiewi, Delimara, il-Bajja ta’ San Tumas, l-Imġarr, il-Baħriija, Qrendi, Rabat, Fiddien, Burmarrad, Magħtab, Safi, Żurrieq u f’Għawdex f’San Lawrenz u f’Ta’Ċenċ.