Filmat: Addijo r-regoli

Filmat li qed jinxtered fuq il-mezzi soċjali qajjem reazzjonijiet dwar traskuraġġni fis-sewqan.
Il-filmat ta’ Selfish Drivers Malta juri sewwie ta’ karozza jaqla’ mutur min-naħa ta’ ġewwa.
Il-każ seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli, f’San Ġiljan meta s-sewwieq għadda minn fuq il-linja d-dejqa taċ-ċiklisti sabiex jaqbeż it-traffiku.
Ir-regoli tas-sewqan jsiħqu li wieħed ma jistax jaqla’ karozza min-naħa tax-xellug.
Filmat: Selfish Drivers – Malta