Filmat: Addijo party!

Sabiex titqajjem aktar kuxjenza dwar ix-xorb u l-effetti li jista’ jħalli, The Sense Group nieda sensiela ta’ reklami li jkomplu jżidu dan l-għarfien.
Il-filmati huma qosra u twal madwar 30 sekonda juru xeni veri tal-ħajja li jenfasizzaw x’jista’ jwassal għal abbuż eċċessiv tal-alkoħol.
Id-direttur tal-grupp Ray Grech qal li l-livell ta’ ħajja b’saħħitha u sigura għandu jkun protett, u li l-alkoħol, meta użat ħażin, jista’ jwassal għal ħsara individwali kif ukoll soċjali.
Għal aktar informazzjoni dwar suġġetti bħal xorb taħt l-età, sewqan wara li persuna tkun xorbot, l-imġiba taż-żgħażagħ kif ukoll dwar xorb responsabbli, persuna tista’ tidħol fuq www.drinkawaremalta.com.
The Sense Group twaqqaf sbatax-il sena ilu minn importaturi ta' xorb alkoħoliku u jippromovi prattiċi għal rwol pożittiv dwar l-alkoħol fis-soċjetà kif ukoll jindirizza kwistjonijiet relatati.