Filmat: Abort li ma ħadimx ħalla lil Tezita bla riġlejn u driegħ

Tezita hija waħda mill-istejjer ta’ suċċess tas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fl-Etijopja għax minkejja dak li għaddiet minnu, irnexxielha tgħix sa ħames snin. Iżda għandha bżonn l-għajnuna tad-donazzjonijiet tal-Maltin waqt il-Maratona Missjoni organizzata mill-Fondazzjoni U.

Charles Briffa, f’isem il-Fondazzjoni, irrakkonta l-istorja ta’ Tezita ma’ Newsbook.com.mtQal li omm Tezita ppruvat tabortiha, iżda dan l-abort ma rnexxiex, u b’hekk, Tezita twieldet mingħajr riġlejn u driegħ minnhom. Meta ratha hekk, ommha abbandunatha, u għalhekk spiċċat għand is-sorijiet, li għażlu li jżommuha minkejja d-diffikultajiet li kien se jkollhom jaffaċċjaw minħabba l-isfortuna li sabet Tezita, ta’ tarbija ta’ inqas minn 3 kilos li kienet.

Awdjo: B’€120 fis-sena tista’ tmantni tifel jew tifla fil-bżonn

Illum il-ġurnata, ta’ 5 snin, Tezita hija kuntenta, iżda teħtieġ kull għajnuna finanzjarja li tista’ tingħatalha sabiex ikollha l-aħjar kura possibbli. Il-Maltin huma mħeġġa jħallsu €120 fis-sena biex imantnu lil Tezita u tfal oħra bħalha.

Il-Maratona Missjoni tintemm illum.