Filmat: Abela u Fearne jżuru lill-Prof. Gauci

DOI - Clodagh O'Neill
Il-Prim Ministru b’diversi żjarat marbuta mas-settur tas-saħħa

Il-Prim Ministru jżur numru ta’ postijiet li jagħmlu parti integrali mill-qasam tas-saħħa f’pajjiżna.Ringrazzjament u turija ta' gratitudni lejn il-ħaddiema taċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika u l-Isptar Karin Grech għax-xogħol tagħhom li qed issarraf f’riżultati pożittivi ta' kuljum.Chris Fearne

Posted by MaltaGov on Monday, May 11, 2020

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żaru lis-Supretendent għas-Saħħa l-Professur Charmaine Gauci.

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-PM qal li Abela kellu diversi żjarat marbuta mas-settur tas-saħħa.

Fearne u Abela dalgħodu żaru u tkellemu mal-ħaddiema tas-saħħa li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom fiċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, fid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, l-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u l-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech.

Abela rringrazzja lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci u lit-tim immexxi minnha għall-ħidma sfiqa tagħhom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn