Filmat: A December to Remember

Waqt il-programm Kun Afhom Aħjar ma’ Coryse Borg, Nicole Borg tkellmet dwar il-kunċert bl-isem ta’ A December to Remember li se jtella’ minn EnKor fit-12 ta’ Diċembru 2018.

EnKor huwa kor lokali u versatili, imwaqqaf fl-2002 u llum magħmul minn individwi ta’ etajiet u nazzjonalitajiet differenti. Il-kor, magħruf ukoll bħala #teamorange (minħabba l-aċċessorji oranġjo li jilbsu l-kantanti) ikanta siltiet ta’ diversi stili.

F’din l-okkażjoni tant speċjali, l-udjenza ser tgawdi serata ta’ mużika mill-aqwa hekk kif il-kor jesplora l-istorja u l-ġeneri differenti ta’ EnKor. Ma jonqsux xi siltiet klassiċi tal-Milied li żgur ser jimlew lil kulħadd preżenti bl-ispirtu tal-Milied. Mill-profitti tal-kunċert se jingħataw donazzjonijiet lil żewġ organizzazzjonijiet lokali. Kollox jibda fit-8:15pm, fil-kappella tal-Universitá ta’ Malta.

Il-biljietti jiswew €8 u jistgħu jinxtraw minn ticketline.com.mt.

Għal iktar informazzjoni dwar EnKor u ‘A December to Remember’, sibu lil kor fuq Facebook.