Filmat: “7 snin ilu kont se mmut” – Carmen

Dan huwa Sibtek li jmiss ⭐️

Posted by Sibtek on Monday, February 24, 2020

Waqt il-programm tal-lum ta’ Sibtek Ryan u Josmar se  jlaqqaggħuna ma’ Carmen Grech, omm l-attur Andrei Grech li tistqarr kif 7 snin ilu kienet f’xifer il-mewt. Hi tirrakkonta l-esperjenza tagħha u taqsam mat-telespettaturi dak li ġegħlha tkompli tissielet għall-ħajja.

Niltaqgħu mal-kantanta Għawdxija Francesca Borg u l-esperjenzi tagħha fl-isptar bħala infermiera. Jasmine għandha xi ħaġa li ma konniex nafu li se tiżvela llum waqt Sibtek.

Fil-programm tal-lum niltaqgħu ma’ Oanna Attard, artista li għandha storja mill-aktar interessanti.

Karl Schembri is-sopran minn XFactor jitkellem ma’ Ryan fuq il-weġgħa kbira li għadda minnha meta kellu bosta kummenti dispreġattivi fuq il-midja soċjali.

Sibtek jixxandar fuq TVM fis-12.45pm